Taħriġ dwar is-servizzi online (formoli) fuq parrocci.knisja.mt
Stedina għal sessjoni ta’ taħriġ dwar is-servizzi online fuq is-sit parrocci.knisja.mt. F’dan it-taħriġ se nkunuqed inħarsu fost l-oħrajn lejn l-użu tal-formoli bħall-booking taż-żwiġijiet,funerali, griżmi, eċċ. li jridu jiġu mimlija mis-sit biss. Se nagħtu ħarsawkoll lejn is-sistema l-ġdida ta’ reġistrazzjoni tal-operaturi pastorali. Huwaimportanti ħafna li kulħadd jiffamiljarizza ruħu sew ma’ l-użu ta’ dan is-sit.
Nitolbukgħalhekk sabiex tibbukkja l-attendenza tiegħek f’waħda mis-sessjonijiet permezzta’ din il-formola: https://parrocci.knisja.mt/applikazzjoni-tahrig-formoli-online/
Dan it-taħriġ huwa miftuħ għall-membri tal-kleru, bħall-viċijiet, kif ukoll għall-operaturipastorali li jaħdmu fl-uffiċċju. Għalhekk nitolbuk tibgħat il-ħolqa (link)tal-applikazzjoni lil dawk interessati sabiex japplikaw.
