Formazzjoni
Il-formazzjoni kontinwa tas-saċerdoti hija essenzjali għal kleru aġġornat u mħejji tajjeb ħalli jgħix ħajja aħjar u jifhem iżjed is-soċjetà li hu parti minnha, sabiex iwettaq il-missjoni Evanġelika tiegħu.
Aġġornament tal-Kleru 2022

Dettalji
13, 14 u 15 ta' Ġunju 2022
9.30am - 12.30pm
L-Auditorium tas-Seminarju, ir-Rabat
Kelliema
Dott. Mario Thomas Vassallo, Mons. Isqof Anton Teuma,
Mons. Arċisqof Emeritu George Frendo OP, Dun Paul Sciberras, Dun Peter Ellul u Dun Jimmy Bonnici
Aġġornament tal-Kleru
L-Aġġornament tal-Kleru huwa appuntament importanti fil-formazzjoni kontinwa tal-kleru djoċesan u reliġjuż tal-Arċidjoċesi ta’ Malta. Ta’ kull sena, il-Kummissjoni Aġġornament fi ħdan is-Segretarjat tal-Kleru, torganizza jiem ta’ taħriġ intens u laqgħat dwar temi diversi bil-għan waħdieni tal-iżvilupp professjonali kontinwu tas-saċerdoti.

Il-ferħ tal-Knisja hu li tevanġelizza
13 – 15 ta’ Ġunju 2022
Is-Seminarju tal-Arċisqof, ir-Rabat


Is-saċerdot u l-2021: x’qed jinbet?
14 – 16 ta’ Ġunju 2021
Is-Seminarju tal-Arċisqof, ir-Rabat
