Aġġornament tal-Kleru 2021 - Follow up

L-1 laqgħa

Is-saċerdot fid-dawl tar-riċerka: sfidi u opportunitajiet.

23 ta' Novembru 2021
Noti u riżorsi tal-kelliema

It-2 laqgħa

Preżenza li takkumpanja: is-saċerdot u ż-żgħażagħ

27 ta' Novembru 2021
Noti u riżorsi tal-kelliema

L-1 Laqgħa: Is-saċerdot fid-dawl tar-riċerka: sfidi u opportunitajiet.

Anna u Gottfried Catania

F’din is-sessjoni Anna u Gottfried Catania taw ir-reazzjoni tagħhom għar-riċerka li saret mill-Fakultà tat-Teoloġija u identifikaw l-isfidi li joħorġu flimkien mal-opportunitajiet li ta’ min jinvesti fihom. Issemmew temi bħall-Knisja, il-familja, żgħażagħ u tfal, social media, sfidi finanzjarji u relazzjonali fil-familji, il-prattika tal-fidi ‘l barra mill-bini tal-knisja, l-emfasi fuq temi ambjentali u soċjali, tibdil fis-soċjeta’ u smigħ tal-Knisja.  Fid-diskussjoni ġejna mistednin nagħrblu flimkien il-modi kif l-aħjar li ngħaddu l-fidi f’soċjetà li dejjem tinbidel.

Mistoqsijiet imħejjija minn Anna u Gottfried li ġew diskussi fil-workshops:

  1. The church is seen by some as a judgmental organisation rather than a loving one. How can the priest, in his pastoral work, emphasise more the loving nature of God rather than His judging aspect?
  2. Youths communicate mostly using social media. How can the Church be more active in this area, and how can you as a priest enhance your visibility on social media?
  3. In a very hierarchical organisation such as the Church, change tends to occur slowly. However, the pace of change in society is increasing rapidly. How can the Church, and you as a priest, adapt to be more in tune with the pace of change?
  4. How are parishes adapting to the new needs of families.
  5. How strong is the sense of outreach in your parish? Visiting the family in its home, visiting the sick in home and hospitals? Times of visits?
  6. How strong is the children’s ministry in your parish? What are the specific activities organised for families and youths?

Riżorsi

It-2 Laqgħa: Preżenza li takkumpanja: is-saċerdot u ż-żgħażagħ

Benjamin Flores Martin

It-tema ta’ din is-sessjoni kienet iż-żgħażagħ u l-Knisja, dak li qed isir u dak li għaddejna minnu f’dawn l-aħħar sentejn. Smajna stejjer dwar gruppi li fallew u oħrajn li tqawwew u kibru; realtajiet iebsa u oħrajn li jiffjorixxu; is-smigħ taż-żgħażagħ infushom u l-leaders tagħhom. It-team tal-Malta Catholic Youth Network, Benjamin, Emma u Evan, qasmu maghna l-esperjenza ta’ Plexus, il-konferenza li saret ftit ilu mal-leaders u kull min jagħti sehem fil-pastorali maż-żgħażagħ. 

Għal aktar informazzjoni dwar x’inhu Plexus u dwar MCYN tista’ żżur din il-link:

Punti li ħarġu mid-diskussjoni

F’atmosfera ta’ apprezzament għall-ħidma li qed issir u ta’ kompassjoni għat-tbatijiet li jeżistu (speċjalment fost l-adoloxxenti, ż-żgħażagħ u min jaħdem magħhom), kellna opportunità biex nifhmu aħjar liż-żgħażagħ u nidentifikaw l-aħjar triq ‘l quddiem. Dawn xi punti li ġew diskussi:

1. Sitwazzjoni tal-adoloxxenti u ż-żagħżagħ

  • huwa ta’ uġigħ ta’ qalb meta tara kemm adoloxxenti u żgħażagħ marru lura minħabba l-COVID (speċjalment dawk vulnerabbli)
  • ix-xewqa li għandhom għal appartenenza u li jesperjenza il-Knisja bħala “dar”, “familja”
  • il-fraġilità: f’dinja kumplessa, b’ħafna diversità u fejn it-trasmissjoni tal-fidi hija fjakka, ħafna isibu ruħhom mingħajr ankra/boxxla;
  • il-lingwaġġ li nużaw fit-teoloġija ma jinftiehemx miż-żgħażagħ: hemm bżonn ta’ ħafna impenn sabiex nittraduċu l-Aħbar it-tajba f’lingwaġġ li jmantni r-ruħ ta’ dawn iż-żgħażagħ.

2. Is-saċerdot

  • Il-valur li ma nibżgħux nieħdu riskji/nagħmlu proposti sabiex nakkumpanjaw liż-żgħażagħ (anke jekk il-proposti ma jkunux perfetti)
  • Il-ħtieġa li nkunu ħsibna sew fuq dak li rridu nikkomunikaw sabiex insibu l-aħjar lingwaġġ
  • Essenzjali li aħna stess inkunu “interjorizzati” sabiex isibu fina mhux “żagħżugħ” ieħor iżda adult li joffri mudell sabiħ lil dawk li qed ifittxu li ma jibnux l-identità tagħhom fuq il-konsum u l-immaġni ta’ barra;

3. Sfidi

  • Kif ma nħallux l-aspett amministrattiv joqtol il-prijorità pastorali. Issemma l-valur tas-supervision bħala għodda sabiex wieħed jagħti l-qies meħtieġ lill-aspett amminstrattiv u ż-żewġ dimensjonijiet ma jaħdmux kontra xulxin.
  • Kif noħolqu bridge bejn dawk iż-żgħażagħ li nilħqu fl-iskejjel sekondarji u dak li jsir fic-chaplaincies fil-post-secondary (MCAST, Junior College, Sixth Forms, Università) kif ukoll il-parroċċi. Hemm min isib postu fl-ambjenti tal-parroċċi u oħrajn li qed ifittxu f’ambjenti oħra.
Mistoqsijiet imħejjija mit-team tal-MCYN li ġew diskussi fil-workshops:

“Jesus went up on a mountainside and called to him those he wanted and they came to him. He appointed twelve that they might be with him and that he might send them out to preach.” Mark 3:13-14 

  • Pray 
  • Go Out 
  • Be Present 
  • Listen Attentively 
  • Be the one who empowers 
  • Create spaces where community can thrive 
  • Be who you are 

Questions 

  1. How have these 2 years been for you? 
  2. Who are the young people in your proximity? Age and spaces 
  3. Which of the statements above resonates mostly with you? How can you grow in this? 

Riżorsi