Aġġornament tal-Kleru 2022

Il-ferħ tal-Knisja hu li tevanġelizza

Formula ta' Evalwazzjoni

L-1 Jum

Tmexxija u intimità. Il-presbiterju ma’ Kristu fil-kamra ta’ fuq.

It-Tnejn 13 ta' Ġunju 2022
Filmati u riżorsi

It-2 Jum

Il-ferħ li naqsmu l-fidi flimkien. L-isfida ta’ ħajja ġdida ħdejn qabar vojt.

It-Tlieta 14 ta' Ġunju 2022
Filmati u riżorsi

It-3 Jum

Is-sabiħ tal-kredibbiltà. Meta s-sejħa tasal mill-Galilija.

L-Erbgħa 15 ta' Ġunju 2022
Filmati u riżorsi

Introduzzjoni

Ħerqana ħafna li għandna x-xorti nerġgħu inkunu flimkien bħala saċerdoti u reliġjużi. L-ewwelnett il-fatt li nġibu magħna l-esperjenzi differenti tal-ħajja pastorali tagħna, kif ukoll li naqsmu l-ħeġġa li ġejja mil-laqgħa tagħna ma’ Kristu Rxoxt. It-tema tal-Aġġornament tal-Kleru 2022 tidwi l-kliem tal-Papa Franġisku li tenna kemm-il darba waqt iż-żjara tiegħu fostna:  “Il-ferħ tal-Knisja hu li tevanġelizza” – sejħa mill-ġdid biex il-Knisja lokali, imsieħba minn Marija u fuq l-eżempju tagħha, niskopru l-ferħ li flimkien inwasslu l-Vanġelu f’artna li għaddejja minn tibdiliet.

Ir-riflessjonijiet li saru mis-saċerdoti u reliġjużi bi tħejjija għall-aġġornament tal-kleru ta’ din is-sena ħarġu iktar din ix-xewqa li bħala saċerdoti nibqgħu niġu ispirati mill-Kelma t’Alla: fl-istil ta’ tmexxija immarkat mill-intimità li wera Ġesù fil-ħasil tar-riġlejn (Ġwanni 13), l-irwoli diversi u kumplimentari ta’ Marija minn Magdala, Pietru u d-dixxiplu l-maħbub sabiex il-fidi tissaħħaħ u titwassal (Ġwanni 20) u r-ruħ tal-presbiteru u s-sejħa tiegħu fis-soċjetà: “ħudu ħsieb il-merħla afdata f’idejkom” (1 Pietru).

Kull jum tal-aġġornament jibda mill-Kelma t’Alla li tħeġġiġna naraw mill-ġdid l-irwol tas-saċerdot bħala servant leader, il-modalità ta’ kif ngħaddu l-fidi b’enfasi fuq ir-responsabbiltà kollettiva u l-mixja flimkien, u l-finalità tas-sejħa tagħna bħala saċerdoti li nkunu bennejja tal-komunjoni.

Dr Mario Thomas Vassallo (Lettur fid-Dipartiment tal-Public Policy), l-Isqof t’Għawdex Mons. Anton Teuma u Mons. Isqof George Frendo OP ser ikunu l-kelliema prinċipali filwaqt li Fr Paul Sciberras, Fr Peter Ellul u Fr Jimmy Bonnici se jkunu qed jagħtu espożizzjoni tat-test bibliku.

Permezz ta’ dawn il-kelliema, flimkien mal-isqfijiet tagħna Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna kif ukoll Mons. Joseph Galea Curmi li ser jippreżenta u jgħaqqad it-temi tal-aġġornament, ser ikollna ċ-ċans li nkomplu nisimgħu lil xulxin, naqsmu esperjenzi waqt workshops, nagħrfu ukoll li kulħadd wasal f’punt differenti, imma kollha importanti biex nimxu flimkien, mhux bilfors bl-istess pass, jew wara xulxin, imma hemm l-istess qalb.

Fl-ewwel jum norbtu mas-sens ta’ Knisja fejn nirriflettu fuq ir-rwol tal-qassis bħala servant leader. Mario Thomas Vassallo ser jiffoka fuq din it-tema billi hija mħaddma ħafna fil-management illum. Is-servant leader huwa dak li joqrob lejn dawk li jmexxi, u allura jkun jaf il-kultura tagħhom u l-familja tagħhom biex ikun jista’ jisma’ u jakkumpanja.

Fit-tieni jum norbtu mal-ferħ li ħiereġ mill-esperjenza “ta’ dak li rajna b’għajnejna u dak li missew idejna” (1Ġw 1). l-Isqof Anton Teuma jitħaddet fuq il-modalità tal-evanġelizzazzjoni: is-sinodalità u r-responsabbiltà tal-komunità kollha, mibnija fuq l-interjorità fil-ħajja nisranija u l-vokazzjoni saċerdotali.

L-Isqof George Frendo jitkellem fit-tielet jum dwar il finalità tal-Knisja li tevanġelizza u joffri attwalizzazzjoni pastorali fil-kuntest Malti (l-għeruq, kredibbiltà, tipi ta’ preżenza fis-soċjetà). L-esperjenza tal-Isqof Frendo tgħinna naraw fejn nistgħu naraw sinjali ta’ ħajja fil-Knisja, fejn hemm realtajiet li għandhom bżonn il-ħajja, fejn hemm l-għatx fir-realtà konkreta bħala Knisja waħda ta’ Kristu.

L-għeluq ikun f’idejn l-isqfijiet tagħna li jiġbru l-frott Mons Joseph Galea Curmi fejn jiġbor il-frott tat-tlett ijiem b’mod li jagħti direzzjoni għalina f’Malta u dak li jitressaq għas-Sinodu.

Fil-vokazzjoni tagħna bħala saċerdoti m’aħniex waħidna imma qegħdin fiha flimkien, int fejn int, int x’int u x’metodi għandek, jew b’liema mod tara l-Knisja. Hija ħaġa tajba li niġu flimkien bil-varjetà ta’ kariżmi u esperjenzi, kif ukoll concerns u kritika għall-ġid tal-Knisja, u napprezzaw il-ħidma vasta u tajba li sseħħ permezz tal-ġenerożità fl-għotja tal-vokazzjoni tagħna u l-imħabba lejn il-poplu t’Alla.

Ejjew nipparteċipaw fil-ġranet tal-aġġornament, bejn 13 u l-15 ta’ Ġunju, mid-9:30am san-12:30pm fl-awditorju tas-Seminarju, ir-Rabat, inkella permezz tar-recordings li jkunu aċċessibbli fuq formazzjonikleru.knisja.mt. Il-proċess ikompli f’laqgħat bħala follow up wara l-aġġornament.

 

Grazzi u l-Mulej iberikna.   

L-1 Jum: Tmexxija u intimità. Il-presbiterju ma’ Kristu fil-kamra ta’ fuq.

Introduzzjoni

Riżorsi

Fr Paul Sciberras

Servizz fl-intimità ma’ Kristu Ġesù

Dr Mario Thomas Vassallo

Il-Mexxej Qaddej

Mons. Isqof Joseph Galea Curmi

Konklużjoni

Riżorsi

Mistoqsijiet għar-Riflessjoni

Miż-żewġ inputs li rċevejna dwar l-Intimitá u servant leadership:

  • Liema aspett jispirak l-aktar fis-saċerdozju tiegħek?
  • Liema tara l-akbar sfida għalina fil-kuntest tal-Knisja f’Malta illum?

It-2 Jum: Il-ferħ li naqsmu l-fidi flimkien. L-isfida ta’ ħajja ġdida ħdejn qabar vojt.

Introduzzjoni

Riżorsi

Fr Peter Ellul

Il-qabar vojt: Inħarsu 'l ġewwa u 'l barra

Mons. Anton Teuma, Isqof t'Għawdex

Il-modalità tal-Evanġelizzazzjoni: Sinodalità u Interjorità

Konklużjonijiet

Riżorsi

Josef Bugeja

Tnedija u preżentazzjoni tas-sit kleru.knisja.mt

Riżorsi

It-3 Jum: Is-sabiħ tal-kredibbiltà. Meta s-sejħa tasal mill-Galilija.

Introduzzjoni

Riżorsi

Fr Jimmy Bonnici

Magħżula Mxerrda Barranin

Mons. Isqof George Frendo OP

Evanġelizzazzjoni, ċelebrazzjoni u xhieda.

Riżorsi

Prof. Jean Calleja Agius, Rev. Prof. Emmanuel Agius, u Rev. Prof. Mark Sultana

Aspetti marbuta mal-emendi fl-Embryo Protection Act.

Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna

Riżorsi

Ritratti