Aġġornament tal-Kleru 2020

L-1 laqgħa

Il-Pastorali tal-Knisja wara Covid-19

3 t'April 2020
Noti u riżorsi tal-kelliema

It-2 laqgħa

Preżenza Diġitali: Għodda, Teoloġija, kwalità, akkumpanjament

10 t'April 2020
Noti u riżorsi tal-kelliema

It-3 laqgħa

Il-Ministeru Saċerdotali f’dan iż-żmien

27 ta' Mejju 2020
Noti u riżorsi tal-kelliema

L-1 Laqgħa: il-Pastorali tal-Knisja wara Covid-19

Fr Fabio Attard SDB

Fr Fabio uża l-immaġni ta’ min miexi f’tunnel biex jindika tlett għażliet importanti li jgħinuna naslu f’post aħjar u mhux nirritornaw għall-bidu tat-tunnel. Dan jitlob

(i) riflessjoni ħierġa mill-fidi;

(ii) Inkunu attenti kif nagħmlu l-għażliet li jsiru f’kuntest ta’ emerġenza. L-għażliet kif qed noħduhom? Huma f’konnessjoni mar-realtà? Għandhom l-għeruq fil-Vanġelu?;

(iii) nagħarfu ċ-ċentralità ta’ mixja flimkien (sinodali): Xi tfisser ir-relazzjoni pastorali? Din kif twassal għal tiġdid fil-mod kif jiġi iċċelebrat ir-rit? Kif tmantni d-djakonija?

Mons. Isqof Joseph Galea Curmi

Mons Isqof Joe Galea Curmi rabat l-esperjenza li ġarrabna tul dawn il-ġimgħat mal-proċess ta’ tiġdid tal-Knisja f’Malta fid-dawl tal-4 attitudnijiet li nsibu f’Evangelii Gaudium. Hekk per eżempju

(i) Knisja li tisma: ġejna aktar konxji tal-importanza tal-Kelma t’Alla. Kif ser nittraduċu dan f’pastorali biblika aktar sħiħa? Is-smiegħ ta’ Alla u tan-nies fir-realtajiet varji kif jgħinna niżviluppaw lingwaġġ li inissel tama mhux skuraġġiment jew paraliżi?

(ii) Knisja li tilqa’: filwaqt li minħabba s-social distancing ġejna aktar konxji tal-valur tal-komunità, issa se nibdew il-quddies b’numri iżgħar. Kif nedukaw għal komunità inklużiva billi dawk li jattendu iservu ta’ pont ma’ oħrajn?;

(iii) Knisja li takkumpanja: kif ser nakkumpanjaw il-familji fl-isfidi li qed jaffaċċjaw? Per eżempju fir-rwol tagħhom bħala l-ewwel edukaturi fil-fidi?

(iv) Knisja li toħroġ: matul il-lockdown stajna napprezzaw kemm l-għeluq mentali jista’ jfisser staġnar. Filwaqt li kellna nwaqqfu ħafna mill-attivitajiet “tas-soltu”, tajjeb ninnutaw x’inhuma l-affarijiet li nibtu u ta’ min isaħħaħ u kif jieħdu prijorità fuq dawk li huma sekondarji.

Prof. Godfrey Baldacchino

Prof. Godfrey Baldacchino indika tliet perspettivi interessanti li jorjentaw il-ministeru tal-qassis f’dan iż-żmien li ġej.

(i) Parti mill-bidla li ser isseħħ fis-soċjetà tiddependi mill-għażliet li nagħmlu aħna. Wara l-esperjenza tal-Covid-19, iddeċidejt li tibdel xi aspett mill-istil tal-ħajja tiegħek? Eż. tuża inqas il-karozza/laqgħat online biex tieħu ħsieb aktar l-ambjent?

(ii) Se nkunu attenti biss għal dak li jidher jew anke għal dak li ma jidhirx? Eż. Hemm nies li kellhom iwaqqfu kors għax il-limiti tad-dar ma jippermettulhomx. Minħabba li l-pandemija ħadet l-attenzjoni kollha faċli l-urġenza tat-tibdil fil-klima ninsewha.

(iii) L-esperjenza tal-Covid-19 ħalliet ferita ta’ suspett bejnietna. Kif ser nibnu komunitajiet fejn ninvestu mhux biss f’bonding social capital (nieħdu ħsieb dawk li komdi magħhom) iżda wkoll fi bridging social capital (fejn nestendu l-id ta’ ħbiberija flok neskludu/ningħalqu).

Riżorsi

It-2 Laqgħa: Preżenza Diġitali: Għodda, Teologija, kwalità, akkumpanjament

Rev. Dr Pete Phillips

iPresence

Wara li offra perspettiva ħafifa tal-letteratura marbuta mat-tema, identifika numru ta’ elementi neċessarji sabiex nesprimu aħjar x’nifhmu bi preżenza diġitali u l-limitazzjonijiet li hemm.

  • Preżenza fi żmien diġitali iġġib magħha l-faċilità li wieħed jaħbi l-identità tiegħu, dak li jpoġġi jixtered ma’ kullimkien, u t-tendenza li wieħed jipprova jpenġi l-aħjar stampa tiegħu innifsu. Kif ser inkunu presenza awtentika?
  • Preżenza f’dinja diġitali tista’ timplika kemm konnessjoni ma’ nies minn kull post tad-dinja (global village) kif ukoll solitudni minkejja li connected. Kif ser niżviluppaw rabtiet li jibnu t-tajjeb? (Connected for good)
  • Kif ser niċċelebraw is-sagramenti f’dinja diġitali? (Connected toward communion).
  • Ċertu tip ta’ preżenza diġitali tpoġġi emfasi fuq kultura ta’ esperjenza u rikreazzjoni. Kif ma nimbelgħux u nwaqqgħu il-ministeru għal dak li hu superfiċjali jew ridikolu?
  • F’dinja li faċli twassal għal selfie generation, il-presenza tagħna x’ser twassal? Idols or Icons?

Dr Nadia Delicata

Digital Culture – One Church One Journey

Dr Nadia Delicata fissret kif Covid-19 għinitna nindunaw aktar kemm il-kultura inbidel. L-istess realtà konna ngħixu b’mod differenti f’era fejn d-dinja diġitali ma kienetx teżisti. M’għandniex għażla jekk inkunux konnessi jew le.

  • Pero għandna għażla fuq il-kwalità tal-presenza tagħna: “intelligently digital” – “meaningfully connected”.
  • Kif se nkun “xhud ta’ Kristu” f’din il-kultura ġdida? Kif se nieħdu responsabbiltà fuq livell personali u komunitarju?
  • F’dinja fejn kulħadd konness (b’xi mod qrib) kif se nikkontribwixxu għal ħbiberija awtentika, fi ftuħ għad-djalogu, b’lingwaġġ aktar universali ta’ solidarjetà umana? (ara Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed, 6.6).
  • F’dan il-kuntest ġdid niskopru kif ser nesprimu b’mod dejjem aktar sabiħ ix-xhieda tagħna fil-mod kif inqimu lil Alla, fit-tagħlim profetiku mhux minn fuq għal isfel iżda f’kuntest ta’ akkumpanjament, fil-mod konkret kif ngħixu l-karità.

Din ir-riflessjoni trid tgħinna biex insibu l-aħjar modi kif ngħixu l-umanità tagħna b’mod awtentiku skont il-possibilitajiet li għandna f’dan iż-żmien. (Ara Evangelii Gaudium 224).

Rev. Prof. Saviour Chircop

Kultura Diġitali

Fr Saviour Chircop għamel kumment fit-tul dwar il-kultura diġitali.

Jekk id-dinja qed issawwar għamliet ġodda ta’ kommunikazzjoni dan jaffetwa l-ħajjitna u l-ħidmietna bħala mexxejja fil-fidi? Mistoqsija f’waqtha għax: a) aħna mistiedna nidħlu fi djalogu ma’ Alla, u b) aħna nwettqu ħidmietna fi ħdan kommunikazzjoni bejn il-bniedem u Alla li jersaq lejna.

It-3 Laqgħa: Il-Ministeru Saċerdotali f’dan iż-żmien

Mons. Arċisqof Charles Jude Scicluna

  • Dan iż-żmien kif qed jistedinna biex nissaħħu bħala għassiesa? Għall-ħarsien tas-saħħa tagħna u tal-ħin tagħna? X’jgħinna biex ikollna l-paċi u presence of mind biex il-ħin nużawh tajjeb, ikollna l-paċi interna għas-servizz tal-poplu?
  • Kif insibu quality time għat-talb sabiex bil-faraġ li nirċievu mingħand Alla nistgħu infarrġu lil ħutna, bħala fil-bżonn ta’ ħafna faraġ quddiem l-ansjetajiet tas-sitwazzjoni?
  • X’jgħinna fil-kura pastorali tagħna? Kif ser inkunu preżenti għall-poplu kemm permezz tal-interċessjoni kemm f’kuntatt reali?

Riżorsi

Fr Paul Sciberras

  • Dan iż-żmien kif qed jistedinna biex nissaħħu bħala għassiesa? Għall-ħarsien tas-saħħa tagħna u tal-ħin tagħna? X’jgħinna biex ikollna l-paċi u presence of mind biex il-ħin nużawh tajjeb, ikollna l-paċi interna għas-servizz tal-poplu?
  • Kif insibu quality time għat-talb sabiex bil-faraġ li nirċievu mingħand Alla nistgħu infarrġu lil ħutna, bħala fil-bżonn ta’ ħafna faraġ quddiem l-ansjetajiet tas-sitwazzjoni?
  • X’jgħinna fil-kura pastorali tagħna? Kif ser inkunu preżenti għall-poplu kemm permezz tal-interċessjoni kemm f’kuntatt reali?

Fr Gerard Fieldhouse-Byrne

  • Emfasizza l-attitudni ta’ Curious commitment:
  • How to be creative and generative (rather than focusing on what we are losing)?
  • Your priesthood hasn’t changed: how do you manifest that? From the security of that truth (priesthood), how to renew, enable, enliven that?
  • How do you learn from the People of God on how to grow in your priestly identity and mission?

Riżorsi