Il-Kleru u ħidmietu

Il-ħidma tas-saċerdot hi spiritwali u umana. F’isem Sidna Ġesù Kristu u fuq l-eżempju tiegħu, is-saċerdot ifittex il-ħajja tal-persuna u l-ġid komuni. Is-saċerdot huwa strument f’idejn Alla biex permezz tiegħu iwassal il-Bxara t-Tajba lill-oħrajn. F’din il-ħidma tiegħu, is-saċerdot iressaq lill-bnedmin lejn Alla għax jemmen li l-aqwa ġid li jista’ jkollu l-bniedem jiġi minn Alla.

Is-saċerdot djoċesan, bl-ordinazzjoni tiegħu, jikkommetti ruħu li jaħdem prinċipalment fid-djoċesi, skont ir-rieda tal-isqof tiegħu. Dakinhar tal-ordinazzjoni saċerdotali huwa jwiegħed ubbidjenza u stil ta’ ħajja li taqbel mal-Vanġelu lill-isqof tad-djoċesi u lis-suċċessuri tiegħu. Is-saċerdoti reliġjużi huma membri ta’ xi wieħed mill-ordnijiet jew kongregazzjonijiet reliġjużi fi ħdan il-Knisja. Saċerdot reliġjuż iwiegħed l-ubbidjenza lis-superjuri tiegħu u billi l-ordnijiet reliġjużi jkunu preżenti f’aktar minn djoċesi waħda, huwa jista’ jiġi mitlub mis-superjuri tiegħu li jaħdem kull fejn ikun meħtieġ.

F'Malta

Total ta' saċerdoti: 638
Djoċesani: 296
Reliġjużi: 342

Barra minn Malta

Total ta' saċerdoti: 89
Djoċesani: 21
Reliġjużi: 68

Ħidmiet

Dawn huma xi wħud mill-ħidmiet tal-kleru f’Malta u lil hinn minnha:

Kummissjonijiet

Membri:

  • Rev. Noel Vassallo
  • Rev. Jimmy Bonnici
  • Rev. Josef Mifsud
  • Rev. Dione Cutajar
  • Rev. Ronnie Zammit
  • Louise Laferla
  • Nikol Baldacchino

Membri:

  • Rev. Noel Vassallo
  • Rev. Dr Jimmy Bonnici
  • Rev. Dr Andrè Zaffarese
  • Rev. Josef Mifsud
  • Dr Nicholas Briffa
  • Dr Marlene Cauchi

Membri:

  • Rev. Noel Vassallo
  • Rev. Dr Jimmy Bonnici
  • Rev. Dr Carl-Mario Sultana
  • Rev. Luke Cutajar
  • Rev. Albert Buhagiar
  • Patri Frankie Cini MSSP
  • Dr Marlene Cauchi