Segretarjat għall-Kleru

Is-Segretarjat għall-Kleru kien wieħed mis-Segretarjati li twaqqfu fl-1977. Matul iż-żmien ġie mġedded biex jindirizza l-bżonnijiet varji li jiżviluppaw minn żmien għall-ieħor. Is-Segretarjat jieħu ħsieb l-aspetti relatati mal-kleru b’mod speċjali l-wellbeing. Dan jagħmlu permezz ta’ esperjenzi spiritwali bħal irtiri u inizjattivi spirtwali oħra,  b’attivitajiet soċjali u b’għajnuniet ta’ mentors. Min-naħa tiegħu, il-Vigarju Episkopali għall-Kleru jagħti importanza lill-kuntatt personali mal-membri kollha tal-kleru. Biex jassistuh f’din il-ħidma għandu numru ta’ kummissjonijiet u gruppi.

L-Istruttura tas-Segretarjat

Il-ħidma tas-Segretarjat għandha żewġ taqsimiet prinċipali.

Taqsima minnhom tiffoka fuq il-wellbeing tal-kleru. Din it-taqsima hi kkordinata direttament mill-Vigarju Episkopali Dun Noel Vassallo. Fiha tinkludi l-Kummissjoni Aġġornament tal-Kleru, il-Kummissjoni Animazzjoni Spiritwali, il-Kummissjoni Wellbeing u l-Welfare Fund.

Membri:

  • Rev. Dr Jimmy Bonnici (Kordinatur)
  • Rev. Noel Vassallo
  • Rev. Dr Paul Sciberras
  • Rev. Dr Carl-Mario Sultana
  • Rev. Luke Cutajar
  • Rev. Albert Buhagiar
  • Dr Marlene Cauchi

Membri:

  • Rev. Dr Kevin Schembri (Kordinatur)
  • Is-Sur Nikol Baldacchino (Segretarju)
  • Rev. Noel Vassallo
  • Rev. Dr Jimmy Bonnici
  • Is-Sa Carmen Zammit
  • Sr Nathalie Abela SOC
  • Mons. Dione Cutajar
  • Is-Sur Natalino Camilleri

Membri:

  • Rev. Dr Jimmy Bonnici (Kordinatur)
  • Rev. Noel Vassallo
  • Rev. Dr Andrè Zaffarese
  • Rev. Josef Mifsud
  • Dr Nicholas Briffa
  • Dr Marlene Cauchi

Żur il-paġna tal-Welfare Fund.

It-taqsima l-oħra tieħu ħsieb l-aspett tal-amministrazzjoni u loġistika. Din it-taqsima hi kkordinata minn Dun André Zaffarese.

Fi ħdan is-Segretarjat tal-Kleru hemm ukoll il-Kulleġġ Saċerdotali San Ġorġ Preca kkordinat minn Mons. Charles Attard u ċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet ikkordinat minn Dun James Saydon.