Il-Ħajja Kkonsagrata f’Malta għandha sehem kbir fil-ħidma appostolika u pastorali. Id-diversi ordnijiet u soċjetajiet reliġjużi jħaddnu wkoll id-don tal-konsagrazzjoni presbiterali u flimkien mal-għejxien tal-kariżmi tagħhom ikunu ragħajja tal-komunità Nisranija. Ir-reliġjużi jieħdu ħsieb ukoll diversi parroċċi tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.