Aġġornament tal-Kleru 2024
Tama u Rikonċiljazzjoni
Formula ta' Evalwazzjoni
L-1 Jum
Inkunu Ministri Kredibbli tar-Rikonċiljazzjoni
It-Tnejn 20 ta' Mejju 2024
Filmati u riżorsi
It-2 Jum
Henjin dawk li jġibu l-paċi. X’jgħinna naslu hemm?
It-Tlieta 21 ta' Mejju 2024
It-3 Jum
Lejn Ċelebrazzjoni Pastorali tas-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni
L-Erbgħa 22 ta' Mejju 2024
Introduzzjoni
L-1 Jum: Saċerdoti ffurmati mil-liturġija.
Talb
Riżorsi
Ritratti





















































Prof. Johan de Tavernier
Il-Prof. Johan de Tavernier huwa mill-Belġju. Twieled fl-1957 u llum huwa Prof. emeritu tat-Teoloġija Etika. Huwa għadu Direttur ta’ Ethics@Arenberg fl-Università ta’ Louvain fil-Belġju. Fil-ħidma tiegħu hu serva f’diversi karigi akkademiċi fl-università fosthom viċi dekan għal ħafna snin.
Fl-università ta’ Louvain huwa għallem diversi korsijiet tal-etika, l-etika tal-ambjent u l-bioetika, kif ukoll fuq il-bniedem l-aktar lill-istudenti tat-teoloġija. Hu għamel ukoll korsijiet introduttorji fil-kristjaneżmu u l-etika lill-istudenti tal-inġinerija u l-bio-inġinerija.
Ir-riċerka u l-istudju tiegħu jiffokaw fuq it-teoloġija morali fundamentali; dak li hu partikulari fl-etika nisranija; l-etika tal-ambjent; il-bijoloġija tal-iżvilupp u l-etika; u l-użu tal-Bibbja fl-etika. Hu jispeżjalizza wkoll fi tliettaqsimiet partikulari tal-etika:
- L-etika tal-ikel;
- L-etika tal-inġinerija; u
- L-etika tal-annimali
Minħabba li huwa espert fl-etika, huwa qieħed ukoll f’diversi kummissjonijiet tal-etika professjonali.
Prof. de Tavernier kiteb u ppublika ħafna kotba ta’ natura etika, l-aktar wieħed reċenti huwa dwar Laudato Si’. Bħalissa qed jipprepara ktieb dwar l-etika nisranija.


