Aġġornament tal-Kleru 2023 Lejn Liturġija li tattirana u tbiddilna. Kelliem prinċipali: Goffredo Boselli Formola tal-kummenti u l-mistoqsijiet Goffredo Boselli jipproponi tliet interventi li, filwaqt li jżomm fl-isfond l-ittra appostolika tal-Papa Franġisku Desiderio desideravi, jirriflettu fuq it-tema tal-formazzjoni liturġika tas-saċerdoti; iċ-ċelebrazzjoni tal-misteru tal-Għid permezz tal-ġest li għamel Ġesù, il-qsim tal-ħobż; l-aspett missjunarju tal-komunità li qed tiċċelebra u l-liturġija bħala realtà evanġelizzanti: It-Tnejn 22 ta’ Mejju: Saċerdoti ffurmati mil-liturġija It-tifsira tal-liturġija hija mitmugħa mill-prassi tal-liturġija u għalhekk l-ewwel skola tal-liturġija hija l-liturġija nfisha. Din ir-riflessjoni hija limitata għar-rwol tal-liturġija fil-formazzjoni liturġika tal-ministri ordnati, konxji li l-liturġija waħedha mhix biżżejjed għal formazzjoni tagħhom. Għas-saċerdot, il-liturġija hija l-ewwel skola ta’ talb. Barra minn hekk, hija l-liturġija nfisha li tifforma l-presbiteru biex jippresiedi l-liturġija. Fl-aħħarnett, il-presbiteru jitħarreġ mil-liturġija għall-mistagoġija, jiġifieri li jsir hu stess mistagogu tal-misteri li jiċċelebra.Ikteb kummenti jew mistoqsijiet li tixtieq tgħaddi dwar l-Ewwel Tema: It-Tlieta 23 ta’ Mejju: Il-ġest li jiċċelebra l-Għid tal-Mulej Lejlet il-passjoni, Ġesù ċċelebra l-Għid tiegħu bil-ġest tal-qsim tal-ħobż. Il-liturġija Nisranija tikkonsisti essenzjalment f’dan: li nagħmlu dak li ordnalna Kristu b’tifkira tiegħu. Dan ifisser li aktar ma l-liturġija tkun tixbaħ il-ġesti ta’ Kristu, iktar tkun tifkira tiegħu, u iktar tkun Nisranija. Il-meditazzjoni se tmexxina f’dan il-vjaġġ, biex mill-ġest ta’ Kristu naslu għar-rit tal-Knisja illum.Ikteb kummenti jew mistoqsijiet li tixtieq tgħaddi dwar it-Tieni Tema: L-Erbgħa 24 ta’ Mejju: Liturġija u evanġelizzazzjoni Ir-rakkont tad-dixxipli ta’ Għemmaws skont San Luqa huwa liturġija magħmula Evanġelju. Dan għaliex l-esperjenza liturġika tal-komunità appostolika saret narrattiva evanġelika. Fil-qalba tagħha, il-liturġija Nisranija hija l-Evanġelju fl-azzjoni. Dan ir-rakkont ta’ San Luqa jista’ jsir paradigma tar-relazzjoni bejn il-liturġija u l-evanġelizzazzjoni. Il-liturġija hija realtà evanġelizzanti fiha nnifisha; il-liturġija mhix il-qaddejja tal-evanġelizzazzjoni imma hi nnifisha r-realtà li tevanġelizza.Ikteb kummenti jew mistoqsijiet li tixtieq tgħaddi dwar it-Tielet Tema: Isem Kunjom It-taħditiet ser isiru bit-Taljan imma se jkun hemm servizz ta’ traduzzjoni għall-Malti. Għandi bżonn traduzzjoni mit-Taljan għall-Malti waqt il-laqgħat tal-Aġġornament Iva Le Email Δ