Skema tal-Bolt

* meħtieġa/required

Nixtiequ ninfurmawk dwar skema ġdida li l-Arċidjoċesi qed tagħmel mal-kumpanija tat-taxi service ‘Bolt’, li permezz tagħha inti se tkun tista tibbenefika minn tariffi mraħħsa fuq vjaġġi bbukkjati permezz tal-kont tal-Arċidjoċesi ta’ Malta ma’ Bolt.

Kif Taħdem l-Iskema

  1. Il-vjaġġi jiġu bbukkjati permezz tal-kont tal-Arċidjoċesi ta’ Malta ma’ Bolt.
  2. Kull saċerdot iħallas għall-vjaġġi tiegħu stess permezz tal-karta tal-ħlas personali tiegħu.
  3. Ir-rotta, il-ħin u l-ispiża ta’ kull vjaġġ ikunu viżibbli għall-amministraturi tal-kont (il-ħaddiema tal-Unità tar-Riżorsi Umani).
  4. Tista’ tuża s-servizz kemm għal vjaġġi relatati mal-ministeru kif ukoll għal vjaġġi personali, sakemm tkun komdu li din l-informazzjoni tkun viżibbli għall-amministraturi.

Skont Offrut

  1. Skont ta’ 7% fuq il-vjaġġi kollha matul l-ewwel xahar tal-iskema.
  2. Wara dan, skont ta’ 5% fuq il-vjaġġi kollha għall-bqija tas-sena.

Jekk tixtieq tibbenefika minn din l-offerta, ġentilment applika permezz tal-formola t’hawn taħt sa mhux aktar tard minn nhar il-Ħadd, 27 ta’ Settembru 2026.

Aktar il-quddiem, dawk li applikaw, jirċievu aktar istruzzjonijiet dwar kif jista’ jiġi attivat l-iskont.

Għal aktar informazzjoni ikkuntattja lil Ruth D’Amato jew Christine Sciberras fi ħdan l-Uffiċċju tar-Riżorsi Umani tal-Arċidjoċesi fuq 25906139 jew 25906413.


Formola

Mobile*