Ċenaklu Marjan
Niltaqgħu fl-10:30am, nitolbu r-Rużarju quddiem Ġesù espost, naqraw ħsieb Marjan, naqsmu talb u ħsibijiet flimkien, inġeddu l-konsagrazzjoni tagħna lill-Madonna, u nieħdu l-barka sagramentali. Il-laqgħa ddum madwar siegħa.
Din il-laqgħa ta’ talb hi miftuħa għas-saċerdoti kollha. Tkun ħaġa sabiħa li jekk tista’, tattendi int ukoll.
