Welfare Fund

L-għan ta’ dan il-fond huwa li jgħin finanzjarjament jew b’xi mod ieħor lill-imsieħba tal-fond jew lill-familjari tagħhom (fejn japplika) u li kull għajnuna possibbli tkun komparata u kompatibbli ma’ riżorsi finanzjarji li jkun jippossjedi l-Fund jew b’mod ieħor skond il-każ. B’familjari huwa miftiehem il-ġenituri u aħwa mhux miżżewġa tal-membru li jgħixu miegħu.

Il-kumitat tat-tmexxija tal-Welfare Fund huwa magħmul minn:

Dun Reuben Deguara – chairperson
Dun David Farrugia – segretarju
Dun Ivan Scicluna – kaxxier
Dun Lino Azzopardi – PRO
Dun Ronnie Zammit
Dun Jonathan Debattista – reġistratur

Il-fondi

Il-fondi tal-Welfare Fund jinġabru:

  1. Mill-miżata annwali tal-membri tal-fund.
  2. Mill-Kurja tal-Arċidjoċesi ta’ Malta li twiegħed li tgħaddi lill-fund kull sena somma ta’ flus ekwivalenti għas-somma globali li l-membri jkunu kkontribwew għall-fund.
  3. Minn kontribuzzjonijiet oħra volontarji lill-kumitat tal-fond u minn fund raising activities li jorganizza minn żmien għal żmien.

Agħti donazzjoni

Benefiċċji

Il-benefiċċji li l-membri tal-fund jistgħu jibbenefikaw minnhom huma ta’ natura finanzjarja. Dawn jiġu stabbiliti mill-Kumitat ta’ Tmexxija skont ir-riżorsi finanzjarji tal-fund u jinkludu, fost l-oħrajn:

  • Assistenza waqt mard fit-tul;
  • Assistenza waqt kura medika barra l-pajjiż;
  • Assistenza waqt mard ieħor għad-diskrezzjoni tal-kumitat;
  • Assistenza għall-ispejjeż tal-funeral f’każ ta’ mewt ta’ membru tal-fund jew familjari stretti;
  • Kull bżonn ieħor li ġeneralment mhux kopert minn skemi ta’ għajnuna oħra tal-Arċidjoċesi jew tal-Istat.