Inizjattiva-Talb

Grupp ta’ Talb għas-Saċerdoti u Reliġjużi Rġiel

Meta: Kull l-aħħar Tlieta tax-xahar

Ħin: 7.15pm sad-9.00pm

Fejn: Il-Knisja tal-Ħniena Divina, in-Naxxar

Dan il-Grupp huwa ibbażata fuq il-kariżma tat-Tiġdid Kariżmatiku. Beda madwar is-sena 2014 minn grupp ta’ nisa li ġiethom din l-ideja. Wara li mmaturawha fit-talb għal madwar 5 snin, talbu l-permess tal-Arċisqof.

Fis-7.15 p.m. nibdew bi ftit fellowship bejnietna, imbagħad jibda l-ħin tat-talb.

Is-saċerdoti u reliġjużi rġiel kollha huma mistiedna biex jattendu.

Jekk xi ħadd jixtieq aktar tagħrif, jista’ javviċina lil Mons. Anton Gouder fuq 79059068 jew [email protected]